Paul Giordimaina - Sejjaħ u ssibni lyrics

Published

0 155 0

Paul Giordimaina - Sejjaħ u ssibni lyrics

Fejn hu llum? Fejn hi il-warda fuq ħaddejk? Fejn hi l-leħħa f'ġmiel għajnejk, il-ħmura fuq xufftejk? Il-kewkba ntfiet u nsietna fuq il-għatba tal-ġejjien Għala jien, għala int, ninsabu mifrudin? Fejn hu llum? Fejn hi l-bewsa fil-widien? Fejn hi l-għanja tal-ħolqien, tax-xemx jiem bla waqfien? Hemm sħaba f'della ħbietna u ħallietna imbegħdin Għala jien, għala int, ninsabu imnikktin? Sejjaħ u ssibni Għalxejn iqum ir-riħ, jitqawwa l-baħar Jien xorta nasal ħdejk ma jżommni xejn u ħadd Għalija int il-bidu w tmiem l-għajxien Fejn hu llum? Fejn hi l-ħeffa ta' pa**ejk? Fejn hu il-ħlew li nħares lejk, u l-wens taċ-ċkejkna jdejk? Inżul ix-xemx ħallietna ngħixu biss it-tifkiriet Għala jien, għala int, ninsabu mifnijin, mifrudin? Sejjaħ u ssibni Għalxejn iqum ir-riħ, jitqawwa l-baħar Jien xorta nasal ħdejk ma jżommni xejn u ħadd Għalija int il-bidu w tmiem l-għajxien Sejjaħ u ssibni Għalxejn f'qalbi l-uġiegħ, nistenna b'sabar Jien xorta nersaq lejk ma jżommni xejn u ħadd Għalija int il-qofol f'ħajti ż-żmien